Matul il-laqgħa ġenerali straordinarja tal-Forum Żgħażagħ Laburisti li ttellgħet ilbieraħ, ġiet fi tmiemha l-ħidma ta’ Alex Saliba minn President tal-għaqda wara 11–il sena attiv fl-istess fergħa kif ukoll ta’ membri oħra mill-istess eżekuttiv uxxenti, u twittiet t-triq biex jinbeda x-xogħol minn tim ġdid ta’ nies fit-tmexxija tal-istess fergħa.
Għall-ewwel darba l-Forum Żgħażagħ Laburisti se jkollu President mara. Dan ikompli juri l-importanza li l-Partit Laburista qed jagħti għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-soċjetà, wara li ftit tal-ġimgħat ilu tnieda l-proġett LEAD li għandu dan l-istess għan. Naomi Cachia, saħqet li se tara kif tassigura aktar nisa biex ikomplu jipparteċipaw fil-ħajja politika. Apparti minn hekk tkellmet dwar it-triq ‘il quddiem; dik li l-FŻL jibqa’ jkun attiv matul il-leġislatura sħiħa sabiex iż-żgħażagħ “jibqgħu jkunu l-akbar alleati ta’ Joseph Muscat”.
Kienu magħżula wkoll il-5 Membri Uffiċjali fi ħdan l-Eżekuttiv tal-FŻL li issa se jkun iffurmat minn:
President: Naomi Cachia
Viċi-President: Kearon Bruno
Segretarju Ġenerali: Georvin Bugeja
Deputat Segretarju Ġenerali: Kyle Schembri
Uffiċjal Finanzi: Wayne Dimech
Uffiċjal għar-Riżorsi Umani: Matthew Chetcuti
Uffiċjal Politiku: Brendan Zerafa
Uffiċjal Internazzjonali: Sarah Haider
Uffiċjal Informazzjoni: Jake Seracino
Uffiċjal Organizzattiv: Ayrton Bonnici
Membri Uffiċjali : Christian Cauchi, Maria Ellul, Adrian Farrugia, Bernice Farrugia u Marija Sara Vella