Minn tal-inqas 48 persuna ndarbu, ħamsi minnhom b’mod serju, wara li ferrovija baqgħet dieħla fi stazzjoni fil-belt Spanjola, Barċellona.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu. Tim mediku mar fuq il-post sabiex jassistu lil dawk li kienu midruba.
Rapporti tal-lokal sostnew li l-ferrovija ma għamlitx użu mill-brejkijiet meta daħlet fl-istazzjoni, bil-konsegwenza li baqgħet dieħla fil-pjattaforma b’ċertu veloċità.
Minn tal-inqas 18-il persuna ttieħdu l-isptar.