Il-KSU permezz ta’ stqarrija rreaġixxiet għal kawża dwar il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Repubblika ta’ Malta, dwar l-applikazzjoni ta’ deroga għall-insib tal-għasafar tal-għana hija li din hija kontra l-ligi tal UE.
Sostniet li minkejja li din l-opinjoni ma’ torbotx lil Qorti Ewropea fid-deċiżjoni finali tagħha jidher ċar l-intolleranza u nuqqas ta’ għarfien ta’ l-Avukat Ġenerali f’dak li għandu x’jaqsam mal-insib kif ipprattikat f’Malta.
Intqal kif il-KSU qed issegwi mil-qrib dak li qed isehh u f’isem il-membri nassaba tagħha tagħmel dak kollu li tippermetti l-liġi biex tissalvagwarda d-delizzju tal-insib.
Il-KSU temmet tgħid li hi tagħti l-appoġġ sħiħ tagħha lil-Gvern u l-Awtoritajiet ikkonċernati fil-mod eżemplari ta’ kif qed tiġi applikata din id-deroga u tħeġġiġhom iżommu sod fil-mod ta’ kif qed jirsistu b’argumenti validi għad-drittijiet tan-nassaba Maltin.