AĠĠORNATA MINN FUQ GĦAL ISFEL
Filmat ta’ Malcolm Agius
22:41
21:39 Il-Pulizija toħroġ stqarrija uffiċjali:
21:34 Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Francesco Depascuale mar fuq il-post u ħatar diversi esperti biex jgħinuh fl-inkjesta. Sorsi fuq il-post qed jgħidu li l-maġġoranza ta’ dawk li kienu fil-gallarija huma Franċiżi u m’hemm ebda Malti midrub.
21:13 Paramediċi qed joffru għajnuna anke lil dawk li jinsabu fir-restaurant minħabba x-xokk li sofrew.
Permezz ta’ Twitter, il-Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne kiteb hekk:
21:00 Il-Pulizija tikkonferma li ndarbu seba’ persuni. Jidher li ħadd minnhom ma waqa’ l-baħar għaliex taħt il-gallarija li sfrondat hemm gallarija oħra, tar-restaurant ta’ taħt, li dak il-ħin kienet vojta. Tlieta minn dawk is-sebgħa midruba spiċċaw fuq il-blat u sofrew ġrieħi sostanzjali.
20:44 Ix-xena hija kaotika. L-ewwel persuna ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Hemm diversi karozzi tal-Pulizija, tliet ambulanżi fuq il-post u dgħajsa tal-AFM. Għadu mhux magħruf kemm indarbu persuni, iżda sorsi fuq il-post qed jgħidu li mill-inqas seba’ persuni ndarbu.
20:35 Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u membri mill-Forzi Armati ta’ Malta. Mhux eskluż li ndarbu xi persuni.
20:10 Sfrondat il-gallarija tar-restaurant Barracuda f’San Ġiljan. Fil-gallarija kien hemm xi persuni.