Raġel ta’ 64 sena miet wara li waqa’ sular fil-Qala Għawdex meta ċedew il-ballavostri ta’ gallarija li kien fiha.
Il-każ seħħ ftit wara l-ħamsa ta’ filgħaxija u ambulanza kienet imsejħa fuq il-post biex tassisti lill-vittma.
Iżda dan kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Fuq dan il-każ issejħet inkjesta maġisterjali u l-pulizija qed jinvestigaw.