Żagħżugħ ta’ 18-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ illum, għall-9:30 ta’ dalgħodu fi Triq Lorenzo Gafa, Ħaż- Żebbuġ.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 61 sena, residenti Ħal Qormi kien qed isuq vettura tat-tip Isuzu D-Max, meta għal xi raġuni laqat van tat-tip Isuzu Elf li kien wieqaf, bil-konsegwenza li darab ġuvni ta’ 18-il sena, li jirrispjedi l-Belt Valletta u li dak il-ħin kien qed iħott xi xogħol mill-imsemmi van.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.