FILMAT: Dan il-filmat jaf ikun xokkanti għal xi wħud
Persuna mietet u oħrajn weġġgħu wara inċident li seħħ fuq attrazzjoni fl-Ohio State Fair.
— JU (@obey_jbell) July 27, 2017
Il-Kap tad-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar Steve Martin qal lill-midja li l-vittmi waqgħu minn fuq rikba li tikkonsisti minn pendlu li jdur.
Tlieta minn dawk li weġġgħu jinsabu f’kundizzjoni kritika.
Il-Gvernatur tal-istat John Kasich ikkonferma l-mewt ta’ persuna waħda, u ordna l-għeluq tal-attrazzjonijiet kollha sakemm isiru l-ispezzjonijiet tas-sigurta.
Qal ukoll li se tkun qed issir investigazzjoni.