Il-kandidat għall-presidenza Amerikana Donald Trump wissa li teżisti probabilità kbira li ma jkollux relazzjoni mill-aqwa mal-Prim Minsitru Ingliż David Cameron, fl-eventwalità li jirbaħ l-elezzjoni presidenzjali.
Cameron sejjaħ lir-Republikan stupidu, diviżiv u hażin fl-azzjonijiet tiegħu fi żmien li Trump kien qed jissuġġerixxi biex ma jidħlux aktar Musulmani fl-Istati Uniti.
Downing Street qalet li Cameron għadu jemmen li Trump m’huwiex il-mexxej preferut tiegħu għalkemm se jkun qed jaħdem ma’ kwalunkwe president maħtur.
Trump kien involut f’arguement mas-Sindku il-ġdid ta’ Londra Sadiq Khan, b’dan tal-aħħar kien għajru injorant minħabba kummenti dispreġjattivi li kien għadda.