Id-deputat Nazzjonalista, Jason Azzopardi, kellu jammetti li trid tkun inkjesta maġisterjali li tikkonkludi jekk għandux ikun hemm akkużi kriminali fil-konfront taċ-chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.
Dan f’konferenza tal-aħbarijiet li sejjaħ ftit wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni qal fuq twitter li se jkun hemm inkjesta kriminali fil-konfront ta’ Schembri u Mizzi.
Din hi xi ħaġa li ma tirriżulta minn imkien fid-deċiżjoni li ta l-Maġistrat Ian Farrugia dwar rikors ta’ Simon Busuttil. Fil-fatt, meta tlabnih isibilna fejn fid-deċiżjoni tiegħu l-Maġistrat qal li għandu jkun hemm investigazzjoni kriminali, Azzopardi ma kienx kapaċi jagħmel dan.
Minflok kellu tweġiba għad-domandi tagħhna Azzopardi qal kemm–il darba li Malta mhix pajjiż normali.