Applikazzjonijiet li se jidħlu fl-Awtorità tal-Ipjannar se jkunu deċiżi fi 42 jum. Madankollu, id-deċiżjoni dwar applikazzjonijiet iktar kumplessi, bħal proġetti ta’ żviluppi kbar, se jittieħdu f’mitt ġurnata.
Il-perit fl-awtorita’ tal-ipjannar, Joe Scalpelo, spjega li l-proċess sakemm tittieħed id-deċiżjoni se jkun imqassam permezz ta’ fażijiet differenti. U jekk l-Awtorità ma żżommx maż-żmijiet stabbiliti se jkun hemm multi fuq l-istess awtorità.
Jispjega d-dettalji l-Perit Joe Scalpello fil-filmat.