Xufier ta’ forklifter kien immultat €500 wara li nstab ħati li kien hu responsabbli għal inċident fuq il-post tax-xogħol. Inċident li seħħ fl-2015 fil-maħżen tal-kumpanija Valhmor Borg fil-Furjana.
Il-ħaddiem, Firuze Firuze, waqa’ għal isfel bil-gaġġa b’kollox li kienet fuq il-fork lifter li kien misjuq minn ċertu Daniel Aquilina. Aquilina nstab ħati li naqas milli josserva r-regoli marbuta mas-sigurtà tiegħu u ta’ dawk li jaħdmu miegħu.
F’dan il-każ inħelsu mill-akkużi d-Diretturi tal-kumpanija.