Il-figuri tal-Bronż tal-Funtana tat-Tritoni ser jitilqu llum mill-Port Nogaro f’Venezia lejn pajjiżna. Il-vjaġġ mistenni jieħu ħamest ijiem biex b’hekk jaslu f’pajjiżna fl-aħħar ta’ Lulju.
Dan ħabbru l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, fuq il-paġna tiegħu ta’ facebook. Huwa rringrazzja lill-ħaddiema taċ-ċivil li qed jaħdmu fuq dan il-proġett.
Ix-xogħol ta’ restawr li tiddomina l-Pjazza tat-Tritoni sar billi fl-ewwel fażi tneħħa l-konkos li kellhom il-figuri minn qaddhom l’isfel u sar xogħol ta’ restawr fuq il-figuri nfushom.
Biex b’hekk se nkunu qed naraw il-figuri tal-funtana Tritoni jieħdu lura s-sbuħija tagħhom li biha jsaħħru t-turisti ma jaqtgħu xejn fil-Belt Valletta.
Dan ir-restawr huwa parti mix-xogħlijiet li tlestew u li qed isiru fil-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza tat-Tritoni.