Iż-Żwieten huma sodisfatti li fl-aħħar ġimgħat beda x-xogħol fuq il-Knisja ta’ Santa Katarina.
Għan-nies ta’ dan ir-raħal din il-Knisja għandha valur enormi. Iżda din hi waħda mill-Knejjes madwar il-pajjiż li l-valur tagħha jmur lil hinn mill-konfini tal-lokalita anke għaliex inbniet bejn is-snin elf sitt mija tnejn u disgħin u l-elf sebgħa mija u għoxrin.
Ir-restawr qed isir riżultat ta’ finanzjament pubbliku taħt it-tmexxija tad-Direttorat għar-Restawr. Dan ukoll bl-involviment tal-kumpanija Taljana Salvatore Pitrolo li ntgħażlet wara sejħa għall-offerti.
Id-Direttur għar-Restawr, Norbert Gatt, spjega d-dettalji ta’ dan il-proġett li huwa wieħed minn kullana fin-nofsinhar tal-pajjiż.