Raġel li kien jaħdem bħala gwardjan tas-sigurtà mat-tim tal-football Blackburn Rovers ġie sospiż immedjatament wara allegazzjonijiet li kien qed juża camera tas-CCTV biex jispjuna fuq tifla ta’ 12-il sena.
Il-camera mill-ground fiha 30 pied għoli, u kienet qed tipponta lejn tieqa ta’ kamra tas-sodda ta’ dar privata li tinsab fil-qrib.
Rapporti fil-mezzi Ingliżi tax-xandir jgħidu li l-missier intebaħ li kien hemm xi ħaġa ħażina meta qabad lit-tifla tressaq il-purtieri biex ħadd ma jara. Huwa stess innota li l-camera kienet ilha tipponta lejn post li mhux il-ground għal numru ta’ jiem.
Issa qed iqajjem numru ta’ domandi li r-raġel arrestat u l-club se jkollom iwieġbu, bħal kif ġie ingaġġat u jekk kienx hemm informazzjoni fuq l-isfond ta’ dan il-ħaddiem. Qed jingħad ukoll li s-suspettat, li hua minn Accrington, ilu jaħdem fl-istess xogħol 20 sena.