Mara anzjana ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li ġiet evakwata minn fuq cruise liner hekk kif kellha bżonn għajnuna medika b’mod immedjat.
Fuq il-post biex jevakwa lill-anzjana ntbgħatet patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn ittieħdet fuq l-art flimkien mar-raġel tagħha fejn kienet qed tistenniha ambulanza.
Hi ttieħdet l-isptar Mater Dei biex tirċievi l-kura neċessarja.