Raġel ta’ madwar 50 sena weġġa’ waqt li kien għaddej bil-jet ski fil-bajja tal-Armier.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna mill-membri tas-soċjetà tas-salib l-aħmar wara li ħarġu għalih bid-dinghy.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.
L-uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Pulizija qal ma’ one.com.mt, li sa issa ma daħal ebda rapport lill-Pulizija dwar dan il-każ.
Aktar dettalji jsegwu.