L-Oppożizzjoni, il-Kap tagħha u milli jidher anke l-kandidati għal Kap ġdid tal-PN huma kollha staġnati għal żmien ta’ qabel l-elezzjoni.
Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija, wara li f’intervista dalgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa attakka l-istituzzjonijiet kollha ta’ pajjiżna u l-investiment privat fil-qasam tas-saħħa li minnu ser igawdu l-Maltin u l-Ghawdxin kollha wara żmien ta’ abbandun taħt Gvern Nazzjonalista fl-isptarijiet ta’ Għawdex, Karin Grech u St. Luke’s.Din hi l-istess diska li Simon Busuttil kien idoqq qabel l-elezzjoni u li l-poplu irrifjuta bil-vot tiegħu.
Filwaqt li l-Oppożizzjoni hi staġnata, il-Gvern baqa’ għaddej b’viżjoni ġdida għal pajjiżna u f’dan ix-xahar u nofs ma waqaf xejn milli jwettaq u jippjana riformi f’pajjiżna bħal liġi tal-ugwaljanza u r-rizultati ekonomiċi li ssoktaw.
Pajjiżna bħalissa għandu Gvern Riformist u Oppożizzjoni staġnata .