Wara vot ta’ sebgħa kontra tnejn f’ġuri fil-Qorti ta’ Malta, Niġerjan ta’ disgħa u tlettin sena ingħata tlettax-il sena ħabs u tletin elf ewro multa wara li nstab ħati b’kompliċità f’importazzjoni ta’ nofs kilo kokaina.
Il-kokaina kienet iddaħħlet f’Malta f’Novembru elfejn u għaxra f’titjira mill-Ġermanja. Droga maqsuma f’sittin kapsula, u li nstabet fl-istonku ta’ Rumen ta’ tletin sena.
Droga li l-valur tagħha kien stmat għal madwar erbgħa u erbgħin elf ewro. Dwar dan il-każ, fl-elfejn u erbatax ir-Rumen ġa kien ingħata l-piena ta’ disa’ snin ħabs.