Kulħadd ikollu xi ħolma jew oħra meta jkun għadu tifel żgħir, iżda l-ħolma ta’ Andre kienet li jinbidel fil-karattru l-favorit tiegħu.
Meta tkellem ma’ The People of Malta hu sostna li beda jwettaq din il-ħolma meta kellu 17-il sena, meta beda jaħdem. Spjega kif il-karattru tal-film famuż mondjali Pirates of the Carribean, Jack Sparow, kien jagħtih ispirazzjoni mill-mod ta’ kif kienu jieħu l-ħajja.
Andre qal li “x’ħin nilbes il-kostum, Andre imut u nidħol ġo dinja oħra.” Spjega kif “f’Malta hawn komunità żgħira ta’ persuni li jinterpretaw il-karattru ta’ films u kif ukoll comics, il-Malta COMIC CON.”
Meta beda jispjega l-imħabba li għandu għal dan il-passatemp, Andre qal li hi ffissazzjoni kbira din li jilbes ta’ karattur mill-films dan hekk kif kull ħaġa li jkun liebes hi ddettaljata u taqbel ma’ kif jidher Jack Sparrow fil-verità.
Andre qal li min jipprova jidħak bih, hu jirreġixxi b’tali mod li jkompli miegħu u b’hekk il-karattru ta’ Jack aktar joħroġ.
“Ma nistħi xejn noħroġ liebes hekk. Nieħu gost inkun xi ħadd ieħor għal mument. Il-ħolma tiegħi naggħidha lit-tfal, li huma wkoll jistgħu għada pitgħada jinterpretaw xi karattru tal-ħolm tagħhom,” temm jgħid Andre.