Wara operazzjoni konġunta bejn l-Awtorità għat-Turiżmu u l-Awtorità tal-Artijiet, ammont kbir ta’ deckchairs u umbrelel tneħħew mill-bajja tal-Armier u kif ukoll mill-bajja ta’ Little Armier. Id-deckchairs u l-umbrelel, li kellhom jintużaw madwar ħames trakkijiet biex jitneħħew, instabu li kienu qed jiksru t-termini u kundizzjonijiet skont il-permessi mogħtija.
L-operaturi kienu mwissija diversi drabi qabel ma ttieħdet l-azzjoni tal-lum, fejn ġew infurmati li ma kinux qed jiperaw skont it-termini tal-permess u biex isegwu t-termini kif sippost. Huma ġew avżati wkoll li se tkun qed tittieħed azzjoni jekk ma jikkoperawx.
Fi stqarrija konġunta ġie sostniet li din l-azzjoni hi turija ċara ta’ kif se tkun qed tittieħed azzjoni jekk ikun hemm min ma jirrispettax ir-regolazzjonijiet.
Qabel
Wara