Wasal il-jum li matulu mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat, se tkun qed tagħmel l-għawma annwali tagħha bl-isem ta’ North to Port fejn se tkun qed tgħum mit-Torri tal-Għallis għall-Port ta’ Marsamxett.
Għawma li t-taħriġ għalija ilu għaddej Xitwa sħiħa fejn it-taħriġ fil-baħar jibda madwar tliet xhur qabel.
L-għawma ta’ din is-sena se tkun l-itwal waħda li qatt għamlet Michelle Muscat, dan hekk kif se tkun qed tkopri total ta’ 10 kilometri fejn se tibda għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu u se tkun qed tieħu sitt sigħat.
L-għan ewlieni ta’ din l-għawma huwa li jinġabru fondi b’risq għaqdiet non-governattivi filwaqt li primarjament tgħin atleti tal-Ispecial Olympics Malta jipparteċipaw fil-World Games ta’ Abu Dhabi.
Kull min hu interessat li jagħti donazzjoni jista’ billi jċempel fuq dawn in-numri:
€15 – 51702052
€25 – 51802053
jew permezz ta’ messaġġ bil-mowbajl
€11.65 – 50619238