Minn maċ-ċnut tad-dawra għall-art. Fl-aħħar sigħat kompla xogħol mill-isbaħ fuq iz-zuntier tas-santwarju ta’ Pinu b’mod li dan il-post qed jibqa’ jsir bħala wieħed mill-attrazzjonijiet ewlenin fil-gżira Għawdxija.
Kien fl-aħħar ġimgħat li kienu mikxufa l-għoxrin mużajk li jirrapreżentaw il-misteri kollha tar-rużarju u l-ħidma li għadha għaddeja għandha twassal għal iktar rappreżantazzjonijiet mill-ġrajjiet imqaddsa li jaffaxxinaw kemm lil dawk li jemmnu u anke lil dawk li le. Dan minħabba l-ħila fl-arti ta’ min fassalhom u qed jaħdimhom.