Raġel ammetta li agredixxa u anke attakka lill-eks sieħba tiegħu l-Ħadd li għadda. Quddiem il-Maġistrat Grazio Mercieca, Seajay Cardona ta’ ħamsa u għoxrin sena kien akkużat li kkawża ġrieħi ħfief fuq l-eks sieħba tiegħu, li heddidha u li anke kiser kundizzjonijiet imposti fuqu f’Diċembru li għadda.Kundizzjonijiet fosthom li ma jersaqx lejn l-istess l-eks sieħba tiegħu. L-ispettur Robert Vella li qed jidher f’isem il-prosekuzzjoni qal li Cardona kien diġa kiser dufrejh mal-liġi f’numru t’okażjonijiet oħra. Għaldaqstant kienu irrevokati l-kundizzjoni preċedenti tal-ħelsien mill-arrest, kien ikkonfiskat d-depositu ta’ tlett elef ewro kif ukoll il-garanzija personali t’għoxrin elf ewro.
Cardona ammetta l-akkużi kontrih u nżamm fil-kustodja tal-pulizija, bil-Maġistrat jgħid li se jkun qed jagħti s-sentenza f’Settembru li ġej.