Alex Perici Calascione ppreżenta n-nomina tiegħu għall-elezzjoni ta’ kap tal-Partit Nazzjonalista llum fit-3.00pm fid-Dar Ċentrali, tal-Pietà u se jkun qed iniedi l-kampanja tiegħu.
Illum jagħlqu n-nomini għall-kariga ta’ Kap tal-PN, u fl-aħħar ftit mhux eskluż li Roberta Metsola titfa n-nomina tagħha, wara ġimgħat tgħid li mhix se tikkontesta l-kariga.
Chris Said u Adrian Delia ippreżentaw in-nomina tagħhom jumejn ilu. Claudio Grech, minn naħa l-oħra, qal li mhux se jikkontesta minħabba l-ambjent ostili li hemm fil-partit u minħabba kwistjoni ta’ prinċipji.