Il-Ministru għax-Xogħol Evarist Bartolo qal fil-Parlament li fl-aħħar erba’ snin 61,867 persuna inqatgħu mir-reġistru tax-xogħol fil-Part 1. Fost dawn kien hemm 2,734 li instabu jaħdmu u jirreġistraw jew irrifjutaw opportunità ta’ xogħol u taħriġ.
Il-Ministru Bartolo kien qed iwieġeb mistoqsija tal-membru nazzjonalista Therese Comodini Cachia.
Tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra din tabella li turi kif inqatgħu dawk li kienu qed jirreġistraw għal diversi raġunijiet:
Persuni li Nqatgħu mir-Reġistru | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 |
Sabu xogħol | 6,079 | 7,439 | 5,973 | 4,947 |
M’għadhomx interessati li jaħdmu | 29 | 37 | 32 | 85 |
Mhux eliġibbli li jirreġistraw | 50 | 60 | 147 | 225 |
Laħqu l-età tal-irtirar | 12 | 42 | 47 | 54 |
Ġew referuti lis-Sigurtà Soċjali | 72 | 69 | 50 | 174 |
Waqfu jirreġistraw minn jeddhom | 11,691 | 10,922 | 7,163 | 3,700 |
Maqtugħa mir-reġistru għax instabu jaħdmu u jirreġistraw, irrifjutaw opportunità ta’ xogħol u taħriġ | 250 | 525 | 990 | 969 |
Kienu maqtugħa imma rebħu l-appell wara | 18 | 7 | 3 | 3 |
Mietu | 1 | 2 | ||
Total | 18,201 | 19,101 | 14,406 | 10,159 |