Id-diska tant popolari, Despacito saret l-aktar diska li ndaqqet, sitt xhur biss minn mindu nħarġet f’Jannar li għadda.
Filfatt id-diska ndaqqet erba’ punt sitt biljun darba u qabżet ir-rekord tal-kanzunetta Sorry ta’ Justin Bieber. Fonsi, li jkanta din id-diska Spanjola qal li huwa ried biss li n-nies jiżfnu u ma ppjanax dan is-suċċess enormi.
Il-kantant ta’ disgħa u tletin sena qal li s-suċċess globali ta’ din id-diska li laħqet il-quċċata f’aktar minn ħamsa u erbgħin pajjiż, fosthom ir-Renju Unit, tatu fiduċja fil-klima politika kurrenti.
Dan hekk kif huwa minn Puerto Rico imma jgħix f’Miami. Qal li bħalissa qed jgħixu fi żmien fejn in-nies iridu jibnu ħajt u jġibu firda fil-pajjiż. Għaldaqstant, stqarr li jħossu kburi li permezz ta’ din id-diska rnexxielu jgħaqqad in-nies u l-kulturi flimkien.