Francis Zammit Dimech se jieħu post Therese Comodini Cachia fil-Parlament Ewropew. Kienu sitta l-kandidati Nazzjonalisti li kkontestaw din l-elezzjoni każwali: Ray Bugeja, Kevin Cutajar, Helga Ellul, Jonathan Shaw, Norman Vella u Zammit Dimech.
Therese Comodini Cachia ċediet is-siġġu fil-Parlament Ewropew wara li ġiet eletta fil-Parlament Malti fl-aħħar elezzjoni ġenerali.
Inizzjalment Comodini Cachia għażlet li ma tieħux is-siġġu parlamentari Malti iżda fost kritika qawwija anki minn attivisti Nazzjonalisti, Comodini Cachia ċediet għal pressjoni u ħalliet is-siġġu parlamentari Ewropew.