Bħalissa qed isir xogħol ta’ asfalt bħala parti mill-proġett tal-Kappara. Wieħed mill-pontijiet mistenni jkun miftuħ għat-traffiku fl-aħħar ta’ dan ix-xahar, wara li tlesta x-xogħol ta’ tqegħid tal-membrane tul il-pont kollu, u kien jonqos biss dan il-kisi ta’ asfalt.
Il-pontijiet se jkollhom ukoll sistema ta’ waterproofing apposta li se tara li ma jinġemax ilma li jista jagħmel ħsara lill-membrane jew lill-konkrit, iżda jaqa’ minn calverts apposta li tħadmu fil-ġnub tal-pont.
Ir-ritratt ta’ hawn fuq ittieħed ftit tal-minuti ilu.