Id-DJ popolarissimu Malti JJoy kellu appell qasir ħafna x’jaqsam ma’ min iħobb isegwi x-xena mużikali.
Dan għaliex se jkun flimkien ma’ żewġ DJs oħra, Lio u Ziggy, fil-ftuħ ta’ Iljieli Melleħin f’Misraħ il-Parroċċa. Kollox se jibda fit-tmienja ta’ filgħaxija.
Is-Sibt, imbagħad, it-toroq prinċipali tal-Mellieħa se jingħalqu għat-traffiku biex ikunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku. Se jkunu diversi l-esebizzjonijiet u anke spettakli mużikali.
Kif tikkonferma anke l-preżenza ta’ DJs bħal JJoy u sħabu, Iljlei Melleħin hija opportunità għal nies ta’ kull età, inkluż żgħażagħ, biex jersqu lejn il-Mellieħa.