Il-Prim Ministru Israeljan, Benjamin Netanyahu mar Pariġi sabiex jitfakkru l-vittmi ta’ arrest ta’ numru kbir ta’ Lhud li kien sar fi Franza fl-elf disa’ mija tnejn u erbgħin, dak iż-żmien okkupata min-Nazzisti.
Fl-istess waqt, Netanyahu għall-ewwel darba kellu wkoll taħdidiet diretti mal-President Franċiż, Emmanuel Macron.
B’hekk kien l-ewwel Prim Ministru Israeljan li attenda għal dawn il-kommemorazzjonijiet.
Minn aktar minn tlettax-il elf Lhudi arrestati mill-pulizija Franċiża fis-sittax u s-sbatax ta’ Lulju tal-elf disa’ mija tnejn u erbgħin, mal-erbat elef kienu tfal.