Maltemp li bħalissa jinsab fuq Sqallija miexi l’isfel kif kien mistenni fejn sal-bieraħ filgħaxija dan il-maltemp kien qed jaffettwa n-nofsinhar tal-Italja.
Skont rapporti ta’ First Malta, l-ewwel indikazzjoni turi li r-riħ u l-intensità tal-maltemp qed jersaq lejn Malta, iżda minkejja li riesaq lejn il-gżejjer tagħna m’għandniex nistennew xi ammont kbir ta’ xita.
Filfatt ix-xita mistennija se tkun pjuttost ħafifa u għalkemm bħalissa t-temp inbidel u sar aktar msaħħab, jaf xorta waħda ma tolqotx lil gżejjer Maltin kollha f’daqqa.
Is-sema’ diġà bdiet tissaħħab ftit ftit fejn iktar ma jgħaddi l-ħin, il-possibbiltà ta’ xita iktar qed tiżdied. Filfatt ritratt meħud minn Għar Lapsi jixhed kif it-temp li dalgħodu kien xemxi qed jinbidel għal wieħed imsaħħab.
Ritratt: Jason Camilleri