Sewwieq ta’ mutur u passiġġier li kien miegħu ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fl-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ dalgħodu max-Xatt tal-Imsida meta għal xi raġuni l-mutur kellu impatt ma’ vettura tat-tip Toyota Corolla misjuqa minn raġel Serb ta’ 52 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq u l-passiġġiet li kienu fuq il-mutur l-isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.