Tmien persuni nqatlu u minn tal-inqas disgha u erbghin persuna ohra sfaw feruti wara li ġġaraf ħajt fi stadium tal-football f’Senegal.
Dan il-każ seħħ f’Demba Diop stadium fil-kapitali, Dakar, fi tmiem il-finali tal-League Cup.
Jidher li kollox beda waqt ġlied bejn il-partitarji rivali li għalih il-Pulizija rrispondiet bil-gas tad-dmugħ li wassal għal paniku u sussugwentament għat-tigrif ta’ dan il-ħajt.