22 ta’ Lulju – Dik hija d-data mmarkata fil-kalendarju li matula mart il-Prim Ministru Michelle Muscat se tkun qed tagħmel l-għawma annwali tagħha bl-isem ta’ North to Port. F’dan il-filmat tista’ ssegwi waħda mill-ġranet twal ta’ preparazzjonijiet għal din l-għawma. Muscat spjegat li għal din l-għawma, t-taħriġ ikun ilu għaddej Xitwa sħiħa iżda it-taħriġ fil-baħar jibda tliet xhur qabel.
L-għawma ta’ din is-sena se tkun l-itwal waħda li qatt għamlet Michelle Muscat, dan hekk kif se tkun qed tkopri total ta’ 10 kilometri f’sitt sigħat. L-għan ewlieni ta’ din l-għawma huwa li bħal kull sena jinġabru biżejjed fondi biex jgħinu għaqdiet non-governattivi oħra filwaqt li primarjament tgħin fil-ħsieb li atleti tal-iSpecial Olympics Malta jipparteċipaw fil-World Games ta’ Abu Dhabi.
F’dan il-filmat tista’ ssir taf ukoll, jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat huwiex dilettant tal-għawm ukoll: