Fl-Ingilterra intalbet li ssir inkjesta urġenti wara li bomba artifiċjali li tintuża f’eżerċizzji ta’ sigurtà wasslet biex tħassret logħba mill-Premier League f’Old Trafford.
Il-logħba bejn Manchester United u Bournemouth ma saritx wara li nstab oġġett suspettuż f’kamra tal-banju, qrib il-ħin tal-kick-off. Jirriżulta li dan kien tħalla hemm bi żball minn kumpanija privata inkarigata mis-sigurtà.
L-oġġett kien splodut b’mod ikkontrollat, u esperti fil-bombi ssejħu fl-istadium li jilqa’ fih 75,000 ruh. Is-Sindku ta’ Manchester u l-Kummissarju tal-Puliżija Ingliż iddeskrivew dak li ġara bħala ‘fjask’ u ‘sitwazzjoni inaċċettabbli’. Irrikonoxxew lil dawk kollha li vjaġġaw biex jaraw il-logħba u l-ħin moħli lill-forzi tas-sigurtà, li setgħu wżaw ħinhom aħjar.
Il-logħba se ssir għada fit-20:00.