Żewġ nisa Ukreni nqatlu f’attakk bis-skieken f’lukandi fil-kumpless turistiku ta’ Hurghada, biswit il-kosta tal-Baħar l-Aħmar fl-Eġittu.
F’dan l-attakk indarbu minn tal-inqas erba’ persuni oħra filwaqt li raġel qed jinżamm arrestat.
Il-Ministeru għall-Intern Eġizzjan qal li l-mottiv wara dan l-attakk qed jiġi investigat.
Qed jiġi irrapportat li l-agressur mar fil-kumpless bl-għawm u wettaq l-attakk.