Maltija bl-isem ta’ Stella Cini, spiċċat fuq il-profil tad-ditta famuża mondjali Tommy Hilfiger fuq il-pjattaforma Instagram li għandhom aktar minn 4 miljun segwaċi. Dan hekk kif il-mudella ta’ 18-il sena mmudellat għall-istess ditta fil-gżejjer Maltin.
Stella hi magħrufa hawn Malta għal preżenza tagħha fuq il-midja soċjali, fejn filwaqt li kienu 4 miljun segwaċi tad-ditta Tommy Hilfiger li raw ir-ritratt ta’ Stella, hi nnifisha għandha aktar minn sbatax-il elf segwaċi fuq il-profil tagħha.
Għal dan ir-ritratt kienu ‘l fuq minn 50,000 persuna li għoġobhom b’eluf oħra jħallu kummenti taħt ir-ritratt.