Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li bl-aħħar mossa ddisprata tiegħu fil-Qorti, dik li Busuttil mar il-Qorti b’rikors kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi, Simon Busuttil jidher li reġa’ bdielu u jrid jibqa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
L-istqarrija tgħid li jekk hux għal Elezzjoni Ġenerali jew għal Elezzjoni ta’ Kap tal-PN, Simon Busuttil jibqa’ juża l-istess tattiċi li fallew fejn għal dan il-PL awgurawlu.
Fl-istess waqt, stqarrija tal-Ministru tat-Turiżmu innutat kif il-Kap tal-Oppożizzjoni fl-aħħar snin prova jitfa’ t-tajn u gideb dwar il-Ministru Mizzi u l-Gvern. L-istqarrija kompliet tgħid li t-Trust u l-Kumpanija qatt ma kellhom kont tal-bank assoċjat magħhom, li huwa fatt kif tixhed audit ta’ kumpanija internazzjonali.
Fl-istess waqt kien imtenni l-impenn li titkompla l-ħidma fid-dekasteru tal-Ministru Mizzi, biex jittejjeb il-qasam turistiku, u tkun salvata l-Air Malta.