Il-kisba kbira storika oħra riċenti, dik li Malta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ, kompliet tiddomina fuq fomm il-barranin. Dan hekk kif stazzjon tar-radjo Awstraljan, Radio National of Australian Broadcasting Corporation, irrapporta kif il-gżira ċkejkna Malta, li daħlet id-divorzju fl-2011, issa daħlet fis-seħħ il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ fejn saħansitra kellmu lill-Prim Ministru Joseph Muscat.
L-istess sit irrapporta kif minkejja li l-gżejjer Maltin huma Kattolki, Malta issa tinsab fil-quċċata fil-qasam ta’ viżjoni progressiva fuq drittijiet ta’ persuni LGBTIQ.
F’kumment li ta lill-istess sit, li għandhom stazzjon tar-radjo, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat semma kif kien propju tliet snin ilu li Malta daħlet fis-seħħ l-unjoni ċivili bejn persuni tal-istess sess. Sostna li dik li daħlet fis-seħħ ftit tal-jiem ilu hi l-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ.
Muscat spjega kif ir-reazzjoni, fil-maġġoranza, hi waħda pożittiva anke jekk kien hemm xi wħud li ma qablux ma’ din id-deċiżjoni.
Isma’ l-intervista sħiħa hawn isfel: