Ġie inawgurat ċ-Ċentru UNESCO-UNEVOC fi ħdan il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u t-Teknologija l-MCAST.
UNESCO-UNEVOC huwa istituzzjoni tal-Ġnus Magħquda, li issa għandu ċentru f’Malta. L-għan ta’ dan iċ-ċentru huwa li jippromovi l-istudji vokazzjonali.
L-MCAST ilha membru ta’ din l-istituzzjoni fejn b’dan iċ-ċentru se jsir aktar studju, riċerka dan hekk kif l-MCAST se tkun tista’ tkompli tiżviluppa u tanalizza dak li qed jagħmlu pajjiżi oħra fi studji vokazzjonali.
L-uffiċċju ġie inawgurat mill-Ministru Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.