Huma 23 il-proposti kkopjati minn Marthese Portelli fir-rapport li għamlet biex suppost jonqos it-traffiku f’pajjiżna fuq bażi short term. Dan ifisser li minn 35 proposta l-maġġoranza huma kkopjati filwaqt li hemm kwistjonijiet bi proposti oħra, fosthom dwar kif jistgħu jitħallsu u jekk fil-verità jżidux minflok inaqqsu t-traffiku. Dan kollu jirriżulta minn analiżi proposta proposta bir-riżultat tagħha jidher fil-filmat hawn taħt.