Wasal il-mument tant mistenni minn dawk li huma fanatiċi kbar tal-artista famuża mondjali Beyoncé u tar-raġel tagħha Jay-Z. Dan hekk sa fl-aħħar Beyoncé żvelat l-ismijiet b’mod uffiċjali u kif ukoll l-ewwel ritratt tat-tewmin minn meta twieldu.
Beyoncé ppubblikat l-ewwel ritratt tagħha flimkien mat-tewmin f’idha reqdin fuq il-midja soċjali Instagram, b’bosta persuni jifirħu lill-koppja u jiggustaw liż-żewġ membri ġodda tal-familja.
Il-koppja kellha t-tewmin ix-xahar li għadda f’Los Angeles fejn ħabbru uffiċjalment l-ismijiet tagħhom; Sir Carter u Rumi. Beyoncé u Jay-Z diġà għandhom tifla ta’ 5 snin bl-isem ta’ Blue Ivy.
S’issa dan ir-ritratt huwa l-aktar wieħed li intogħġob fuq Instagram fejn diġà qala’ aktar minn 11-il miljun qalb.