Mara ttieħdet l-isptar wara li ntlaqtet minn vettura f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:10 ta’ dalgħodu fil-Bypass f’Birkirkara meta għal xi raġuni vettura tat-tip Chevrolet Kalos misjuqa minn tfajla ta’ 20 sena residenti n-Naxxar laqtet mara Bulgara ta’ 54 sena residenti l-Imsida.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-persuna midruba l-isptar Mater Dei.
Il-mara qed issofri minn ġrieħi ħfief.