Raġel Ingliż qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni waqa’ t-taraġ f’lukanda fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija f’lukanda fi Triq il-Marfa, l-Mellieħa.
Għaldaqstant, il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn irriżulta li raġel Ingliż ta’ 35 sena għal xi raġuni waqa’ f’taraġ u ġarrab xi ġrieħi.
Il-vittma kien assistit minn tim mediku li ġie msejjaħ fuq il-post u ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.