Il-Ministru għat-trasport u l-infrastruttura Ian Borg ħabbar li fil-ġranet li ġejjin se jingħata bidu għal xogħlijiet estensivi fuq numru ta’ toroq ewlenin li jinsabu fi stat ħażin.
Fost dawn semma’ żona frekwentata ħafna fir-Rabat, dik ta’ ħdejn ir-Roman Villa, Triq Bontadini f’Birkirkara u Triq Birkirkara f’Ħ’Attard.
Huwa talab ukoll biex tiżdied il-kapaċità fit-toroq Maltin permezz ta’ interventi żgħar iżda sinifikattivi, fost oħrajn bħal ma hi ż-żona fejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal-Lija.