Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-approvazzjoni tal-liġi tal-Ugwaljanza mill-Parlament Malti hija ċelebrazzjoni ta’ Jum storiku ieħor għall-pajjiżna.
Minn pajjiż li sa ftit taż-żmien lura kien meqjus li għadu lura f’dawk li huma drittijiet ċivili għal pajjiż li kien deskritt bħala beacon of hope għad-drittijiet ċivili li daħal u llum qed inkun ta’ pajjiżu għal oħrajn.
F’dan il-jum storiku, il-PL qal li rebħet l-imħabba fuq l-intolleranza, rebħet l-ugwaljanza fuq is-segregazzjoni, fuq kollox rebħet Malta li qed tagħti lil uliedha kollha, huma min huma, jemmnu x’jemmnu, u indipendentament mill-orjentazzjoni sesswali tagħhom, l-istess opportunitajiet.
Gvern immexxi mill-Prim Minstru Joseph Muscat se jkompli jaħdem sabiex l-ugwaljanza tkun verament il-pedament ta’ pajjiżna u l-legat li se nħallu għall-ġenerazzjonijiet li jmiss.
Dan huwa l-aqwa żmien ta’ pajjiżna.