L-Uffiċċju tal-Prim Ministru se jwaqqaf Korporazzjoni Nazzjonali għaż-Żejt u se tmexxija Maria Micallef, li sa ftit ilu kienet tmexxi l-Air Malta.
Il-ħiliet tagħha se jkunu użati bil-għan li l-pajjiż jagħmel bidliet fil-qasam tal-esplorazzjoni taż-żejt.
Din l-entità kienet imwiegħda fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista u se tissokta taħdem ukoll fuq ħidma diplomatika li bdiet fil-leġiżlatura li għaddiet.