Meta tattendi għal tieġ wieħed dejjem jistenna li jkun hemm xi sorpriża, bħal min jaqbad il-bukkett jew forsi xi argumenti li jistgħu jinqalgħu bejn tal-familja.
Iżda żgur mhux forsi li jintlaqat missier minn sajjetta waqt li jkun qed jagħmel id-diskors waqt it-tieġ ta’ bintu.
JP Nadeau ntlaqat minn sajjetta f’nofs sentenza waqt id-diskors li beda jagħti waqt it-tieġ ta’ bintu f’New Brunswick fil-Kanada.
“Hekk kif għidt lir-raġel ta’ binti li hu xortih tajba, boom!” qal Nadeau.
Apparti farret żgħir f’subajgħ il-kbir t’idu, Nadeau qal li ma ġralu xejn u li ċ-ċelebrazzjonijiet komplew b’mod normali.