Il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġi għadda l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet.
Dan fit-tielet seduta maħsuba għal dan il-għan. Seduta twila kważi tliet siegħat u ntemmet ftit qabel il-ħdax tat-Tnejn filgħaxija. Il-kumitat permanenti presedut mid-Deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi iddiskuta fid-dettall il-klawżoli tall-abbozz li tressaq mill-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli.
Dan ifisser li l-aħħar pass li jmiss qabel dan l-abbozz ta’ liġi jidħol fis-seħħ huwa l-vot finali li se jittieħed waqt is-seduta parlamentari tal-lum.
Il-vot se jkun trasmess b’mod dirett f’Pjazza Kastilja, fejn hemm se tkun qed issir ċelebrazzjoni bħalma kienet saret meta ttieħed il-vot fuq il-liġi tal-unjoni ċivili.
Iċ-chairperson tal-Malta Gay Rights Movement, Gabi Calleja, fissret kif kollox se jibda fis-sebgħa u nofs illejla.