Id-deputat Laburista Edward Zammit Lewis qal fil-Parlament li żgur mhux tort tal-Gvern Laburista li f’Malta hawn il-firda.
Meta kien qed jirreferi għall-emenda li l-Oppożizzjoni ressqet it-Tnejn għall-mozzjoni li tirringrazzja lill-President għad-diskors tagħha fil-ftuħ tal-Parlament, Dr Zammit Lewis qal li l-feriti tal-firda għadhom hemm u rridu naħdmu biex infejquhom. “Kellna kampanja elettorali fejn l-Oppożizzjoni għajjret lil kulħadd korrot u ġabet divizjonijiet soċjali kbar,” qal Zammit Lewis.
“Huwa ħażin li nifirdu l-familji tagħna għax dawn huma mħalltin fejn tidħol il-politika. Anke l-ħbieb mhux kollha tal-istess fehma. Fl-aħħar kampanja elettorali, morna lura u rridu nagħmlu sforz biex ningħaqdu.”
Zammit Lewis qal li l-Oppożizzjoni attakkat ukoll lill-istituzzjonijiet. L-Avukat Ġenerali, l-Kummissarji tal-Pulizija u l-Kap Kmandant kienu tlieta fost dawk li l-kap tal-Oppożizzjoni ried ittajrilhom rashom kieku sar Prim Ministru.
Kien hu li ħoloq il-krizi istituzzjonali għax ma ried jaħdem ma’ ħadd.
Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri kien il-protagonista fl-attakki tal-Oppożizzjoni li jidher li għadha ma tgħallmet xejn mir-tiżultat tal-elezzjoni.
Dr Zammit Ledwis qal li kien il-Gvern laborista li daħħal il-liġi tal-governanza fil-ħajja pubblika. Daħħalna liġijiet biex il-gvern ikun kontabbli u l-Oppożizzjoni għandha tara li l-Gvern ikun kontabbli.
“Ejja nagħmlu d-diskotrs tal-president appell produttiv biex inbiddlu għall-aħjar il-ħajja tal-polu Malti u G’awdxi,” temm jgħid il-kelliem.